Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ waħdu f’Raħal il-Ġdid

Anzjan ta’ 73 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għal xi raġuni mhux magħrufa, waqa’ waħdu waqt li kien miexi u sofra xi ġrieħi. Dan il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-8am.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li anzjan ta’ 73 sena residenti l-Fgura waqa’ waħdu waqt li kien miexi u sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lill-vittma. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Doreen Clarke LL.D.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin