Man Utd kienu eliminati mill-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League biex kienu Atletico Madrid li għamluha għal kwartifinali b’rebħa ta’ 1-0 f’Old Trafford. Il-gowl uniku tal-partita wasal erba’ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn azzjoni maħduma tajjeb Antoine Griezman crossja lejn Renan Lodi li bir-ras għeleb lil David De Gea għal 1-0. Minkejja l-isforzi ta’ Man Utd, l-Ispanjoli ddefendew tajjeb ir-riżultat biex kienu huma li għaddew għall-kwartifinali.
Fil-Johan Cruyff Arena Benfica wkoll għamluha għall-kwartifinali meta barra minn darhom għelbu lil Ajax bl-iskor ta’ 1-0, biex għaddew bi skor aggregate ta’ 3-2. Il-gowl li ddeċieda l-partita kien skorjat fis-77 minuta meta minn cross ta’ Alex Grimaldo kien Darwin Nunez li daħal tajjeb bir-ras u xeħet fix-xibka għal 1-0.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: Man Utd v A.Madrid 0-1 (1-2), Ajax v Benfica 0-1 (2-3), Għada: Juventus v Villareal 9.00pm, Lille v Chelsea 9.00pm
//= $special ?>