Futbol Sport

Barcelona jilħqu ftehim ma’ Milan għat-trasferiment ta’ Franck Kessie

(Ritratt: EPA)

Barcelona laħqu ftehim għall-midfielder ta’ Milan Franck Kessie għat-trasferiment b’xejn fis-sajf li ġej. Kessie jista’ jkun wieħed minn ħafna trasferimenti b’xejn li mistennija jagħmlu Barcelona fi tmiem l-istaġun, b’ Andreas Christensen, Noussair Mazraoui u Cesar Azpilicueta kollha issemmew li jistgħu jkunu players ta’ Barcelona.

Kessie ingħaqad ma’ Milan wara trasferiment fl-2019 mingħand Atalanta. Fost it-timijiet li kienu nteressati fil-midfielder tal-Kosta tal-Ivorju kien hemm Man Utd u Tottenham.