Bejn illum u għada se jkunu qed jintlagħabu tmien partiti mill-fażi tal-aħħar sittax tal-Izibet FA Trophy. Fost il-partiti li jispikkaw Gżira se jaffrontaw lil Gudja f’partita bejn żewġ timijiet mill-Kampjonat BOV Premier. Fiż-żewġ partiti l-oħra bejn timijiet tal-ogħla diviżjoni f’pajjiżna il-holders attawali Balzan jaffrontaw liċ-champions attwali tal-Premier Ħamrun, filwaqt li Birkirkara jaffrontaw lil Mosta.
F’partita oħra Żejtun, li huma fost l-isfidanti li jkunu promossi fl-aħħar żewġ partiti, se jkunu qed jaspiraw li joffru sfida denja lil-leaders tal-Kampjonat Premier, Hibernians. Intant, għal Valletta kif ukoll għal Sliema Wanderers, l-Izibet FA Trophy hija opportunita’ sabiex jipprovaw jiksbu suċċess, fi staġun diżappuntanti għaż-żewġ ġganti tal-futbol Malti.
IZIBET FA TROPHY
Illum: Tony Bezzina Stadium, Gżira Utd v Gudja Utd 5.00pm, Żejtun v Hibernians 8.30pm Centenary Stadium Floriana v St’Gerorge’s 5.00pm, Tarxien R. v Valletta 8.30pm Stadium Nazzjonali Birkirkara v Mosta 5.00pm Balzan v Ħamrun S. 8.30pm, Għada: Centenary Stadium St.Andrew’s v Santa Lucia 5.00pm Sliema W. v Marsaxlokk 8.30pm
//= $special ?>