Futbol Sport

Christian Eriksen jirritorna mat-tim nazzjonali Daniż wara l-attakk tal-qalb fil-Euro 2020

(Ritratt: EPA)

Christian Eriksen issejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Daniż għall-ewwel darba minn meta sofra attakk tal-qalv waqt il-partita tal-Euro 2020 kontra l-Finlandja. Eriksen kellu jitwaħħalu defibrillator biex jirregola r-ritmu ta’ qalbu.

F’Jannar Eriksen irritorna fil-Premier League ma’ Brentford wara xhur jitħarreġ waħdu biex jerġa’ jikseb l-aqwa kundizzjoni fiżika, wara li ma tħallix ikompli jilgħab fis-Serie A minħabba r-regoli fl-Italja. Fl-aħħar partita ta’ Brentford, Eriksen kien strumentali biex għelbu lil Burnley.

Id-Danimarka se jkunu qed jilagħbu żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-Olanda fis-26 ta’ Marzu u kontra s-Serbja tliet ijiem wara.