Raġel 55 sena, residenti l-Belt ġie kkundannat disa’ snin ħabs wara li ammetta liu kkorrompa lin neputija tiegħu ta’ seba’ snin. Huwa ammetta li espona lit-tifla ta’ ta’ kuġinuh għall-pornografija u li pparteċipa f’attivitajiet sesswali mat-tifla.
Ir-raġel, li ismu huwa suġġett għal projbizzjoni ta’ pubblikazzjoni imposta mill-qorti bil-għan li tipproteġi lill-vittma, wieġeb ħati tal-akkużi miġjubin kontrih fuq korruzzjoni ta’ minorenni, aggressjoni indiċenti fuq minuri, li uża vjolenza u fil-pussess tiegħu u għaċ-ċirkolazzjoni kellu materjal pornografiku fid-dar tiegħu fil-Belt Valletta.
Ir-reati seħħew fid-dar tiegħu f’Mejju tal-2019, meta t-tifla, li llum għandha 10 snin, kienet ġiet fdata f’idejh. L-Ispettur tal-Pulizija Joseph Busuttil tħarreġ. Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat li isem ir-raġel jiġi mniżżel fir-reġistru tal-pedofeli.
//= $special ?>