Elezzjoni 2022 Lokali

“Flimkien, irridu nġibu l-bidla li hemm bżonn fil-lokalitajiet tagħna” – Bernard Grech

Gvern Nazzjonalista mmexxi minni se jkun dak il-Gvern li inti tista’ tafda u li permezz tiegħu l-lokalità tiegħek tista’ timxi ‘l quddiem. Dan għaliex għandna responsabbiltà lejna, lejn uliedna u lejn il-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna.

Sostna dan l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jindirizza lir-residenti ta’ Ta’ Xbiex. Saħaq li l-viżjoni tal-PN għal Malta fiha diversi miżuri u ħsibijiet li jixtieq li jkunu trasmessi f’dan il-pajjiż.

Bernard Grech qal li l-PN għandu poltika ambjentali b’saħħitha intiża biex f’dan pajjiż ikun protett l-ambjent. Fwaqt li l-iżvilupp huwa neċessarju rridu naraw li dan ikun wieħed sostenibbli.