Issoktaw il-bumbardamenti fuq il-Belt Kapitali tal-Ukrajna wara li tul il-lejl ir-Russi komplew javvanzaw fi Kyiv. It-Tlieta mistennija li jkompli t-taħdidiet bejn iż-żewġ naħat għalkemm l-Istati Uniti tinsab xettika dwar l-intensjonijiet tal-Kremlin biex jieqaf il-ġlied.
L-Ukrajna u r-Russja ltaqgħu erba’ darbiet iżda n-negozjati ntemmew mingħajr qbil. Sa issa, ir-Russi għadhom ma rnexxilhomx jieħdu l-kapitali tal-Ukrajna f’idejhom. Dan kien ikkonfermat mill-Istati Uniti li qalet li minn tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-forzi Russi ftit li xejn irnexxielhom jagħmlu progress biex jidħlu fi Kiev.
//= $special ?>