Elezzjoni 2022 Lokali Proposti 2022

Il-PN b’numru ta’ proposti għall-persuni neqsin mid-dawl

Min hu nieqes mid-dawl  hu ċittadin ta’ din l-art ħelwa daqs ħaddieħor iżda r-realiajiet ta’ kuljum joffrulu sfidi kbar li jistgħu jiħaffew bi ftit ħsieb.

Waqt laqgħa indirizzata mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius u mill-Kandidat Leone Sciberras, kienu preżentati numru ta’ proposti sabiex tkun imtejba l-ħajja tal-persuni neqsin mid-dawl.

  • Bankini maħsuba għal persuni nieqsa mid-dawl billi jinqata’ kanal (forsi b’fekruna) sabiex persuna nieqsa mid-dawl tkun tista’ ddaħħal il-bastun fih u timxi tul il-bankina. Dan il-kanal għandu jinqata’ lejn in-naħa ta’ barra tal-bankina sabiex in-nies ikunu jistgħu, wara kampanja edukattiva, jagħmlu l-boroż tal-iskart fuq in-naħa ta’ ġewwa.

Siġar fuq bankini wiesgħa jsebbħu ħafna, iżda meta dawn jitilgħu immejlin (speċjalment meta jikbru mmejlin ‘il ġewwa) dawn isiru ta’ periklu kbir għal kulħadd, speċjalment għal xi ħadd nieqes mid-dawl. Dawn għandhom jinqalgħu u jimbidlu ma’ oħrajn. Ħaddiema apposta għandhom jaraw dan u jieħdu ħsieb li siġar ġodda jitilgħu dritti billi jitwaħħal support adekwat.

Sabiex ‘scaffolding’ ikun safe, il-kanen tal-parti t’isfel għandhom ikunu miksija b’xi foam. Iżda sabiex inħarsu lil min ikun fuqu jenħtieġ nevitaw l-impatt li jista’ jitfa’ lil xi ħaddiem għal isfel.

Dak li ġie miktub fil-paragrafi t’hawn fuq għandu jiġi maħsub ukoll għall-poles u crash barriers. Inżidu ngħidu li sa fejn ikun possibbli poles għandhom jeħlu taħt il-bankina.

  • Nifhmu li l-karozzi elettriċi huma pass ‘l quddiem lejn l-użu ta’ enerġija aktar nadifa, iżda ftit jew xejn ħoss joħloq periklu kbir aktar u aktar għall-persuna li ma tarax.

Għalhekk qed nipproponu li dawn il-karozzi (b’liġi) jiġu mgħammra b’ħoss distint li kulħadd jinduna li riesqa karozza.

F’dan ir-rigward hu ta’ mportanza kbira li gvern, qabel iġib f’Malta flotta ta’ karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku, għandu jara li dawn ikunu mgħammra b’ħoss distintiv. Aktar minn hekk, il-ħoss jista’ jkun tali li jidentifika karozza tal-linja.

  • Persuna li tara tilmah in-numru li jidentifika r-rotta fuq il-karozza tal-linja. Sabiex persuna li ma tarax tkun tista’ tidentifika l-karozza tal-linja li tkun ġejja, din jista’ jkollha ‘beacon’ li miegħu tkun tista’ taqbad persuna li ma tarax permezz tal-mobile tagħha. Dan il-‘beacon’ jiġi programmat sabiex jgħid in-numru għal xi drabi.
  • Rigward tal-linja nissuggerixxu wkoll li s-sistema tal-ispeaker announcements tkun mifruxa mall-karozza kollha u mhux speaker wieħed quddiem jew wara, bil-konsegwenza li, jekk l-ispeaker qiegħed fuq wara minn hu fuq quddiem ma jifhimx sewwa x’ikun qieghed jinghad.

Soluzzjoni oħra tista’ tkun li s-sistema tal-announcements ikollha faċilita’ fejn permezz tal-bluetooth mobile wieħed ikun jista’ jaqbad mas-sistema tal-announcements u dak li jkun ikun jista’ jisma’ minn fuq il-mobile tiegħu stess meta jmissu jinżel.

Għandu jsir sforz ikbar biex persuni, speċjalment għal dawk neqsin mid-dawl, ikun iżjed faċli għalihom li jivvjaġġaw b’mod independenti, mhux biss għal skop ta’ xoghol imma anke għall-skop ta’ divertiment, dak sportiv jew qadjiet oħra. Dan jista’ jsir ukoll billi is-servizz preżenti perezz ta’ mini-van tal-lokalita’ jkun jista’ jiġi estiż biex jaghti servizz f’distanzi itwal u anke barra mill-lokalita’.

  • Importanti wkoll li t-traffic lights jergħu jiġu mgħammra bi ħsejjes li jigwidaw lill-persuni      

          nieqsa mid-dawl.

  • La semmejna l-‘beacon’, dan jista’ jitwaħħal f’ajruporti jew ‘sea terminals’ sabiex jigwidaw persuna nieqsa mid-dawl. Per eżempju, dan jista’ jiġi pprogrammat sabiex jindika n-numru tal-‘gate’ tat-tluq f’ajruport.

Sakemm dan ma jtellifx is-sistema tal-ajruplan, ‘beacon’ jista’ jiġi pprogrammat b’informazzjonin utli u qari li jagħmel il-vjaġġ pjaċevoli għal persuna nieqsa mid-dawl.

Fuq ajruplan għandu jkun hemm informazzjoni utli u qari ieħor bil-‘braille’.

  • Fil-passat kien hemm skema ta’ għajnuna għall-persuni b’diżabilita’ biex ningħataw ghotja ta’ flus biex inkunu nistgħu nixtru apparat teknoloġiku bħall ma huma kompjuters u software speċjalizzat. Sfortunatament minn xi snin ‘l hawn din l-iskema marret lura peress li l-metodu tal-applikazzjoni sar wieħed kumplikat ħafna. Għaldaqstant aħna nipproponu li l-ammont tal-għotja jitla’ għall-ammont ta’ €2,000 u kull individwu jkollu ċans japplika biss darba kull sitt snin, dan biex kulhadd ikollu ċans u fl-istess ħin wara sitt snin jerga’ jkollu ċans li jaġġorna l-apparat tiegħu, għax it-teknologija tinbidel malajr wisq.
  • Nixtiequ nipproponu li dawk il-persuni b’dizabilita’ li jkollhom iżjed minn 35 sena servizz ta’ xogħol kontinwu jinagħtaw l-opportunita’ li jkunu jistgħu jirtiraw qabel l-eta ta’ 61 sena. Dan jista’ jsir billi għal kull ħames snin xogħol kontinwi persuna b’diżabilita’ tingħata sena li tista’ tuzaha bħala kreditu biex tirtira iktar kmieni mingħajr ma titlef xejn mid-drittijiet preżenti. Ezempju, jekk persuna tkun għamlet 35 sena xogħol kontinwu din l-istess persuna jkollha l-possibilita’ li flok ta’ 61 tkun tista tirtira ta 56. Barra minn hekk post il-persuna b’dizabilita’ li tkun irtirat ikun jista’ jiġi meħud minn persuna oħra, li wkoll tkun b’diżabilita’, li f’dak il-ħin tkun qiegħda tirregistra.
  • Nixtiequ nissugerixxu wkoll li jkun hemm inċentiv fejn dik il-persuna li tixtri wifi key ikollha il-faċilita’ li jkollha bundle ta’ 22 gigabyte ta’ data mingħajr ħlas jew inkella bi prezz ridott ħafna. Dan jgħin ħafna biex tikber l-edukazzjoni elettronika fost il-persuni b’diżabilita’ u barra minn hekk il-persuni b’diżabilita’, jekk ikollhom id-data plan fuq il-wifi key, ikunu jistgħu jagħmlu użu minnha kullimkien anke biex jattendu korsijiet f’postijiet barra mid-dar.
  • Nixtiequ nissuġerixxu li jkun hemm target date biex il-website kummercjali ta’ ħwienet privati jsiru aċċessibbli kollha sa mhux iktar tard mis-sena 2024. Ma ninsewx li meta website tkun kompletament aċċessibbli jgawdi mhux biss in-negozju imma wkoll il-persuna b’dizabilita innifisha.
  • Nixtiequ li l-banek jirrikonoxxu l-fatt li mhux l-anzjani u l-persuni b’diżabilita’ kollha kapaci li jaġġornaw ruħhom mat-teknoloġija preżenti. U għalhekk kull ma jmur qegħdin jigu restritti milli jħaddmu flushom b’mod independenti. Ghalhekk servizz bhal ma huwa t-telefon banking għandu jkompli jiġi provdut mingħajr ebda ħlas.  

L-edukazzjoni ta’ persuni nieqsa id-dawl għandha tiġi msaħħa iżjed billi jiġu mħarrġa izjed ghalliema barra minn Malta.

  • U l-aħħar ħaġa, nipproponu li għandu jsir stħarriġ xjentifiku fost l-għomja u dawk neqsin mis-smiegħ biex jiġu determinati il-ħtigijiet kurrenti u futuri tal-istess persuni neqsin mid-dawl.