Futbol Sport

Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport tikkonferma d-deċiżjoni tal-UEFA dwar it-timijiet Russi

Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport ikkonfermat d-deċiżjoni tal-UEFA dwar il-projbizzjoni ta’ timijiet Russi milli jieħdu sehem f’avvenimenti organizzati mill-istess organizzazzjoni.

Dan wara li l-Federazzjoni Russa tal-Futbol sejħet biex dawn il-projbizzjonijiet jitneħħew sakemm jinstema’ każ il-ġimgħa d-dieħla, bil-CAS tikkonferma d-deċiżjoni.

Din id-deċiżjoni tfisser li Spartak Moscow, l-uniku tim Russu li kien fadal fil-kompetizzjonijiet Ewropej spiċċa eliminat, b’RB Leipzig jiavvanzaw għar-round li jmiss.

Deċiżjoni simili dwar il-projbizzjoni tal-FIFA mistennija tittieħed fi tmiem din il-ġimgħa.