L-għawm u l-bnazzi, reżistenza u firda, id-dlam u l-kolonjaliżmu. Huwa dan id-diskors li iddomina l-laqgħa politika tal-Partit Laburista li saret illejla fil-Ħamrun.
Fost dawk li tkellmu, kien hemm il-whip Laburista Glenn Bedingfield illi tkellem dwar il-Kottonera u kif issawret ir-ruħ tal-Partit Laburista. U hawn, infexx jirrepeti l-lirika tal-innu Laburista – u sostna li r-rebħa ċerta se tkun tal-Partit Laburista.
Bedingfield infexx f’attakki fuq il-PN, u qal li Malta u Għawdex iħabbtu l-qalb Laburista. Għalkemm stqarr li “rridu nieħdu ħsieb l-għeruq tagħna.
“Dak li hu l-inqas tajjeb irridu nirranġawh”, stqarr Glenn Bedingfield fid-diskors tiegħu. Filwaqt illi insista illi hawn min fil-bnazzi ma jafx jgħum.
Fl-istess attività tkellem il-Ministru Roderick Galdes li bla mistħija semma’ s-sensji – mingħajr ma sellem lill-ħaddiema tal-AirMalta li ġew imkeċċija mill-impjieg tagħhom għaliex il-Gvern Laburista ma ħax ħsieb lil-linja nazzjonali tal-ajru.
Galdes qal li fl-aħħar snin “bnejna l-Housing soċjali”, iżda ma kellux kuraġġ jgħid lin-nies preżenti li lanqas laħaq lesta proġett wieħed ta’ akkomodazzjoni soċjali. Għaliex ħafna minnhom għadhom ġebel u saqaf. Filatt, irrefera biss għall-bini tal-Housing.
Roderick Galdes għalaq billi ftaħar b’dik li sejħilha “il-fidi Soċjalista”.
//= $special ?>