Minn Pjazza Tritoni għal quddiem il-Qorti kienet organizzata vġili favur il-paċi fid-dinja. Din l-attività ġiet organizzata mill-ghaqda li ġġib l-isem ‘Matri Mater Omm’. U saret bil-għan li tipprommwovi l-paċi.
L-organizzaturi qalu li kull wieħed u waħda minnha huwa msejjaħ biex jagħmel il-parti tiegħu favur il-paċi. Hu għalhekk li l-istedina għal din l-attività kienet għal persuni minn kulturi, status soċjali u reliġjonijiet differenti, sabiex jingħaqdu favur il-paċi u jisfidaw lil dawk li qed ifitxxu li joħolqu firda u gwerer bejn il-pajjiżi.
Dawk preżenti qalu li f’dan il-mument jeħtieġ li nuru solidarjetà mal-poplu tal-Ukrajna li hu l-vittma ta’ din l-aggressjoni illegali u vjolenti ….iżda sellmu wkoll lir-Russi ta’ rieda tajba.
Il-kelliema qalu li li l-vjolenza u l-gwerra jifirduna minn ma’ xulxin, iġibu t-tbatija u l-għaks, il-mibgħeda, l-inkomprensjoni, l-uġigħ u l-mewt. Infatti saret referenza wkoll għal gwerer oħra li hemm fil-Lvant Nofsani u fiċ-ċentru tal-Afrika. Għal vġili attendew il-Kap tal-PN Bernard Grech u martu Anne Marie Grech.
//= $special ?>