“Il-Partit Nazzjonalista għandu politika li mhux biss hija mmirata biex jisbiħ il-pajjiż, iżda hija mmirata wkoll biex tissebbaħ il-lokalità tiegħek”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-Imtarfa waqt laqgħa flimkien mar-residenti.
Bernard Grech stqarr li fl-Imtarfa l-Gvern kien suppost għamel pjan għal diversi proġetti, madankollu dawn il-pjanijiet baqgħu fuq l-ixkaffa u fil-proċess ta’ dan kollu intesew ir-residenti tal-Imtarfa. Dan għaliex il-Gvern, immexxi minn Robert Abela berbaq flus il-poplu fuq sħabu, il-ħbieb tal-ħbieb u l-persons of trust.
Bernard Grech kompla billi qal li Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħmel minn kollox biex l-ambjent, hu xinhu, jkun ambjent li fih inti tista tikber u tiżviluppa.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista appella lil dawk kollha li mhux ser jivvutaw biex imorru jiġbru l-vot tagħhom u saħansitra jixħtu l-vot tagħhom għall-elezzjoni li ġejja, għaliex dak il-vot huwa l-passaport għal futur aħjar.
//= $special ?>