Ambjent Lokali

Jinawguraw proġett f’Ta’ Qali li “diġa’ kien jeżisti”

Illum il-Gvern għamel ċerimonja sħiħa sabiex jinawgura proġett li ilu snin inawgurat – il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali illi sar minn Gvern Nazzjonalista, u li kien tkabbar ukoll fi żmien Gvern Nazzjonalista. Iżda l-Gvern għażel li jirkeb fuq is-sbuħija ta’ dan l-ispazju miftuħ biex jagħti l-impressjoni illi kien il-Gvern ta’ Robert Abela li ħoloq dan il-proġett.

Skont Robert Abela, il-Gvern nefaq “miljuni ta’ ewro” f’dan il-proġett. Bil-Gvern jiftaħar fost l-oħrajn bl-anfiteatru, ir-restawr tad-daħla tal-Park u latrina ġdida li saret fiz-zona.

Għalkemm imkien ma qal li dan l-ispazju ilu li ġie żviluppat fi spazju miftuħ sa mill-1990. Filwaqt li l-aħħar Gvern Nazzjonalista kien inawgura l-Adventure Park, b’investiment enormi bejn l-2009 u l-2012.

Waqt ċerimonja li saret dalgħodu, Ian Borg spiċċa stqarr hu stess illi inawgura proġett “li diġa’ kien jeżisti”

Il-Ministru ammetta li l-estensjoni propja għadha ma tistax tiġi inawgurata, għaliex mhix lesta. Din hija z-zona fejn kien hemm fabbrika antika.

L-inawgurazzjoni ta’ Ta’ Qali fis-snin Disgħin
Robert Abela jiftaħar bi proġett ta’ Gvern Nazzjonalista