L-aħabarijiet jkomplu ħierġin mill-Ukrajna, hekk kif illum jimmarka l-20 ġurnata konsekuttiva minn meta bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Madankollu wara 20 ġurnata ta’ bumbardamenti u qtil indiskriminat, jidher li hemm xaqq ta’ tama għaċ-ċittadini Ukreni. Dan hekk kif diversi esperit politiċi u militari qiegħdin jgħidu li l-armata Russa tista tkompli tavvanza fuq l-Ukrajna għal 14-il ġurnata oħra biss.
Dawn l-evalwazzjonijiet iddikjaraw li sa’ 14-il ġurnata oħra, l-armata Russa se jkolla diversi problemi, kemm biex tkompli l-avvanz tagħha biex tieħu lill-Kiev, kif ukoll biex iżżomm kontroll f’dawk iż-żoni li l-armata diġa ħatfet taħdt ideja, hekk kif ta’ kuljum iċ-ċittadini ta’ dawn iż-żoni qiegħdin jirribellaw kontra l-armata Russa.
Dan is-sentiment ġie maqsum ukoll mill-president tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy, li matul il-ġurnata wera sens ta’ ottimiżmu fil-mod ta’ kif inhi għaddejja l-gwerra fl-Ukrajna.
Infatti diversi studji qiegħdin juru li f’dawn l-aħħar 19-il ġurnata l-armata Russa tilfet aktar helikopters, ajruplani, tagħmir tal-gwerra u truppi milli tilfet f’sentejn ta’ gwerra u dmija kontra c-Ċeċnija.
//= $special ?>