Rapport: Stewart Said
EXILES……………………………… 4
NEPTUNES VIDEOSLOTS….. 11
(2-4), (1-3), (0-1), (1-3)
F’dik li probabbilment tista’ titqies bħala l-aħjar prestazzjoni tagħhom f’din l-edizzjoni, Neptunes Videoslots ġabu fix-xejn lil Exiles. Għalkemm mhux bl-aqwa formazzjoni possibbli, Neptunes kienu aktar preċiżi u kordinati fl-attakki tagħhom. Huma kienu taħt it-tmexxija tal-eks captain tagħhom Niki Lanzon.
Għal Exiles irritorna Sean Xerri de Caro filwaqt Timmy Sullivan reġa’ kien nieqes. Neptunes fuq in-naħa l-oħra kellhom lill-gowlkiper Alan Borg Cole assenti għat-tieni logħba konsekuttiva.
Il-gowls fl-ewwel sessjoni ta’ Mark Castillo u Gabriel Pace taw vantaġġ ta’ 4-2 lil Neptunes. Dawn il-gowls servew ta’ stimolu għal Neptunes, tant li meritatament żiedu l-vantaġġ tagħhom għal 7-2.
Mark Fenech naqqas id-distakk bit-tieni gowl personali iżda fit-tielet sessjoni, Exiles naqsu li jidħlu fil-logħba. Donnu li l-gowl ta’ Castillo eżatt ma’ tmiem is-sessjoni, qata’ t-tamiet ta’ possibbiltà ta’ rimonta. Minkejja t-tibdil fiż-żewġ timijiet, l-andament tal-logħba baqa’ ma nbidilx, b’Neptunes ikomplu jikkonfermaw is-superjorità fil-ġurnata.
Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris, L. Pursehouse, S. Xerri de Caro, M. Fenech (2), K. Griscti (1), N. Paris, J. Bajada, M. Aquilina (1), D. Fenech, G. Borg, L. Gialanze, M. Martellacci
Neptunes: S. Mifsud, M. Zammit, S. Gialanze (1), G. Pace (2), J. Cachia (2), J. Spiteri Staines, M. Castillo (2), J. Camilleri (1), R. Galea (1), M. Spiteri Staines (2), D. Bugeja, Ma. Farrugia, Mi. Farrugia, L. Mallia, B. Zammit
Referees: Peter Balzan, Stefan Licari
SIRENS MECCA MARIN………. 4
SAN ĠILJAN MERCURY………. 13
(1-3), (1-6), (1-2), (1-2)
San Ġiljan ma żbaljawx lanqas fit-tielet impenn minn Grupp B. Konfront ieħor li ddominaw, din id-darba kontra Sirens Mecca Marin. Dorian Pisani rritorna fit-tmexxija tat-tim wara li kien indispost. Neqsin kien hemm Andreas Galea, Ben Plumpton, Jake Bonavia u Nicholas Bugelli.
Il-Ġiljaniżi diġà kellhom il-vantaġġ fl-ewwel sessjoni iżda rnexxielhom jinqatgħu minn mal-avversarji. Dan hekk kif bi tripletta ta’ Nikolai Zammit u gowls minn Mattias Ortoleva, Daniel Tully u Matthew Zammit, San Ġiljan fetħu vantaġġ komdu ta’ 9-1.
Dan id-distakk poġġa lil San Ġiljan f’pożizzjoni li setgħu jikkontrollaw. Nikolai u Matthew Zammit skorjaw fit-tielet sessjoni, b’Jerome Zerafa Gregory jiskorja bejniethom. Jacob Sciberras naqqas id-distakk fl-aħħar sessjoni iżda ż-żagħżugħ Russell Caruana skorja doppjetta għal San Ġiljan fi ftit ħin.
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), J. Sciberras (1), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia, M. Chircop, I. Riolo (1), J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras, M. Aquilina, M. Bonello Dupuis, K. Agius
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg, D. Fero, R. Caruana (2), M. Zammit (3), M. Ortoleva (1), D. Tully (1), K. Grech, N. Zammit (5), D. Zammit, N. Schiavone (1), G. Vassallo, F. Scardino, L. Montebello Brownrigg
Referees: Alex de Raffaele, Ronnie Spiteri
Kif Jinsabu
Grupp A
L R D T F K Pti
Neptunes 4 3 1 0 41 20 10
Exiles 4 3 0 1 44 26 9
Birżebbuġa 3 2 1 0 33 29 7
Valletta 3 1 0 2 30 21 3
Ta’ Xbiex 3 0 0 3 17 34 0
Otters 3 0 0 3 5 40 0
Grupp B
L R D T F K Pti
San Ġiljan 3 3 0 0 43 12 9
Sliema 2 2 0 0 28 8 6
Sirens 3 1 0 2 35 33 3
Marsaskala 3 1 0 2 34 34 3
Barracudas 3 0 0 3 10 63 0
Logħob li jmiss
Għada
Grupp B: Sliema v Barracudas 6.15pm
Grupp A: Otters v Birżebbuġa 7.20pm, Valletta v Ta’ Xbiex 8.25pm
//= $special ?>