Lokali Qorti

Omm mixlija li ppruvat toqtol lis-sieħeb tagħha billi saqet għal fuqu

Omm ta’ tarbija ta’ xahar ġiet mixlija b’attentat ta’ qtil u akkużi oħra ta’ vjolenza domestika wara li allegatament saqet intenzjonalment fuq is-sieħeb tagħha bil-Mercedes tiegħu f’Ħaż-Żabbar. L-akkużata ta’ 26 sena, mara tad-dar minn Ħaż-Żebbuġ, tressqet taħt arrest quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, akkużata b’attentat ta’ qtil, li weġġgħet ħafif lis-sieħeb tagħha, li nsulentati, b’ theddid li qabżet il-limiti ta’ provokazzjoni, li għamlet ħsara f’karozza pparkjata ta’ terza persuna u saqet vettura li ken fiha t-tfal kienu bilqiegħda mingħajr ċinturin tas-sigurtà.

L-Avukat John Attard Montalto, deher parte civile, informa lill-qorti li l-klijent tiegħu kien qed jirrinunzja għad-dritt tiegħu għal azzjoni kriminali kull fejn dan ikun possibbli. Huwa ma xtaqx jixhed, qal l-avukat. L-avukati difensuri Franco Debono u Marion Camilleri talbu l-libertà proviżorja.

L-Avukat George Camilleri, li jirrappreżenta lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, qal lill-Qorti li ma kien hemm l-ebda riskju ta’ ħarba, jew li l-akkużata ma tmurx għas-seduti. Mandankollu “l-inċident seħħ nhar il-Ħadd li għadda. Is-sitwazzjoni għadha friska ħafna.

Il-biża’ li jista’ jseħħ xi argument ieħor fi stadju daqshekk bikri hija tanġibbli. Għadu kmieni wisq biex tiġi kkunsidrata l-libertà proviżorja,” issottometta il-prosekutur. “Għandna responsabbiltà kbira bħala l-prosekuzzjoni biex niżguraw li dan ma jerġax iseħħ.”

Min-naħa l-oħra, l-akkużata hija omm ta’ tifel żgħir ħafna li għandu bżonn lil ommha, huwa qal. Huwa talab li jekk kellha tingħata l-libertà proviżorja, il-kundizzjonijiet għandhom ikunu “adegwati.” Id-difiża faħħret lill-prosekutur talli kien ġust.

L-Avukat Debono qal lill-Qorti li kien jaf lill-familja personalment u li kienu nies tajbin. “Kien argument ta’ darba. Fin-nofs hemm tarbija ta’ xahar u l-affarijiet ikkalmaw ħafna,” qal l-Avukat. L-akkużata ma tistax taħdem, fid-dawl tas-sitwazzjoni tagħha u għalhekk kellha riżorsi limitati għall-finijiet ta’ pleġġ, żied l-avukat.

Camilleri qal li kien hemm biss riskju nominali li l-mara ma tobdix il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, iżda qal li jekk tingħata l-libertà proviżorja, fiċ-ċirkostanzi, il-qorti għandha bħala minimu, tordna li ż-żewġ partijiet ma joqogħdux fl-istess dar.

F’dak il-punt, il-vittma informa lill-qorti li l-mara setgħet kompli joqgħod fid-dar matrimonjali u li hu kien se jfittex akkomodazzjoni alternattiva. Il-Maġistrat Doreen Clarke, wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-partijiet, tat il-libertà proviżorja lill-akkużaa.

Il-maġistrat għamlitha ċara lill-mara li sakemm tingħata ordni kuntrarja tal-qorti, hija ma kellhiex titkellem mas-sieħeb tagħha u viċi versa, jekk mhux permezz tal-avukati tagħhom. Il-mara kienet ordnata tiffirma fl-Għassa tal-Pulizija darba fil-ġimgħa. Il-libertà proviżorja kienet garantita b’depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €15,000.

Debono talab lill-maġistrat biex timponi projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-partijiet, fl-interess tat-tfal. Il-qorti laqgħet it-talba. L-ispetturi tal-Pulizija Sherona Buhagiar u Darryl Farr mexxew l-prosekuzzjoni assistiti mill-avukati George Camilleri u Francesco Refalo mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri kienu avukati difensuri. L-Avukat John Attard Montalto deher, bħala parte civile, għall-vittma.