Lokali

Rosianne Cutajar ingħatat €28,000 minn flus il-poplu talli rriżenjat

Id-Deputat Parlamentari u issa kandidata Laburista, Rosianne Cutajar, tħallset €28,000 f’benefiċċji minn fondi pubbliċi talli kienet irriżenjat minn Segretarju Parlamentari.

Dan wara li hija kienet involuta fi skandlu fejn instabet ħatja ta’ ksur ta’ etika mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika rigward trasferiment ta’ proprjetà li fih kien involut in-negozjant Yorgen Fenech.

Dan kollu ġie żvelat minn The Shift fejn ġie spjegat li Cutajar irċeviet dawn l-eluf ta’ ewro minkejja li hi żammett posta bħala Membru Parlamentari u saħansitra tqiegħdet bħala chair f’kumitat parlamentari – jiġifieri €10,000 żieda fis-sena flimkien mal-onorarja ta’ membru parlamentari.

Minkejja din ir-rebgħa fi flus il-poplu, minkejja li kienet involuta fi skandlu u li nstabet ħatja ta’ ksur ta’ etika – Cutajar se titħalla tikkontesta fuq is-sitt distrett mal-Labour bil-barka ta’ Robert Abela.