Bejn it-Tnejn u t-Tlieta, tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra bil-Coronavirus; raġel ta’ 52 sena u mara ta’ 91 sena. Dawn l-imwiet itellgħu l-ammont ta’ mwiet għal 617.
Fl-istess perjodu, il-Ministeru tas-saħħa ħabbar ukoll li kien hemm 194 każ ġdid tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 78 persuna oħra, sabiex b’hekk l-ammont tal-każi attivi issa qabeż l-1,500u qed jammonta għal 1,527.
Bħalissa, fl-Isptar Mater Dei hemm 42 pazjent, filwaqt li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>