Lokali Qorti

Abina qal lill-Pulizija li kien ippjana l-qtil ta’ Rita Ellul sa mill-lejl ta’ qabel

Mal-Pulizija Lawrence Abina r-raġel mill-Għana li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-eks sieħba tiegħu Rita Ellul f’Għawdex ammetta li kien ippjana li joqtolha sa mill-lejl preċedenti u dan minħabba l-għira li ħakmitu. Sigħat qabel l-inċident kienet marret fl-appartament tagħhom ħabiba ta’ Rita, li jisimha Joyce. Kien qed jara lil Rita qed tieħu pjaċir, xi ħaġa li ma kinitx qed tesperjenza miegħu, u għalhekk beda jgħir.

Waqt li kien qed jara lil Rita tiċċjata f’dik il-lejla u tidher kuntenta, beda jgħir, aktar u aktar meta kienet stqarret li ma kinitx kuntenta miegħu. Kienet saret taf li kien qed iqarraq biha u kienu qed ikollhom argumenti frekwenti. Kien qed iiħossu rrabjat u li wkoll Rita kienet qed taħseb biex itemm din ir-relazzjoni u tibda ġdida. ‘relazzjoni ma’ ċertu Stefan’, li rriżulta li din kienet biss invenzjoni minn naħa tagħha, li għandha l-ħaddieħor peress li hu kien qed ikun ferm infidil magħha fejn kien anke jiffrekwenta prostituti.

Dan kollu beda jaħseb fih waqt dik il-lejla fejn huwa stqarr li din kienet ir-raġuni ewlenija li ġegħlitu joqtolha. Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur tal-Pulizija Wayne Camilleri. Huwa kien qed jixhed fit-tieni seduta tal-kumpilazzjoni tal-provi kontra Lawrence Abina, raġel ta’ 30 sena mill-Ghana, li jinsab mixli bil-qtil ta’ Rita Ellul ta’ 49 sena fis-26 ta’ Frar.

Ellul instabet mejta ġewwa Għajnsielem, f’ appartament fi Triq Dun Frangisk Mizzi. Abina, li ammetta waqt l-interogazzjoni li wettaq il-qtil, fil-Qorti qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Zahra qal lill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li għalkemm ma kien hemm l-ebda sinjali ta’ vjolenza fuq ġisimha u li l-esperti ma raw xejn suspettuż, mill-awtopsja rriżulta mod ieħor u li fil-fatt Abina nniffsu qalilhom waqt l-interrogazzjoni li huwa qatilha biż-żewġ t’iswaba l-kbar u li beda jippressa bil-qawwa kollha madwar għonqha.

Moħħu jberren biex joqtolha

L-Ispettur Wayne Camilleri qal li l-akkużat qalilhom li filgħodu kien ħa il-kolazzjon ma’ sieħbu Edmond u baqa’ jaħseb biex jagħmel dan hekk kif dan telaq minn maġenbu. Meta kien waħdu ma’ Rita ddeċieda li joqtolha. Qal lill-Pulizija li beda jifgaha meta kienet rieqda.

Huwa għafas biż-żewġ swaba u waqt li kien qed jifgaha ma kellux il-kuraġġ iħares lejha u għalaq għajnejh u qal lill-Pulizija li kien qed jikkunsidra li jieqaf imma xi ħaġa żammitu għaddej u beża’ li dan kien ‘a point of no return’. Huwa baqa’ jagħfas sakemm Rita mietet.

Xehed ukoll l-Ispettur Josef Gauci li qal li meta kienet infurmata bint il-vittma Georgina, din qalet lill-pulizija – “dak zgur qatilha”. Josef Gauci, ill-Manager tal-akkużat qal li dak inhar Abina mar għax-xogħol fis-7:45 am daħal għax-xogħol, normalment jidħol għax-xogħol fis-7.00 am.

Tenna li ma kien ta l-ebda raġuni għaliex daħal tard. Ma kinitx l-ewwel darba li għamel hekk, ġurnata ta’ qabel kien ukoll tard.Tenna li deher normali diik l-ġurnata. L-ewwel xhud kien is-Supretendent Joseph Hersey, li qal li fis-26 ta’ Frar 2022, għall-ħabta tas-2.00 pm. kien ġie nfurmat mill-Ispettur Josef Gauci li kien ssejjaħ fuq każ għal għarrieda. Wieħed mill-esperti Max Xuereb ma kienx kuntent b’dak li kien qed jara b’għajnejh, u kien qed jaħseb li din kienet mewta suspettuża.

Hersey qal li t-tabib Mario Scerri inħatar espert tal-qorti u ġie muri xi ritratti tal-vittma iżda qal li jippreferi li jitla’ Għawdex. Dr Scerri kien qal li ma kienx hemm sinjali ta’ suspettużi iżda qabel ma telaq huwa flimkien ma’ oħrajn tkellmu ma’ Lawrence Abina u staqsewh diversi mistoqsijiet dwar x’ġara dakinhar filgħodu. L-espert Scerri minkejja li eskluda li kien hemm xi ‘foul play’ kien tenna wkoll li l-ewwel ried jara r-rapport tal-awtopsja.

Abina kien qal li telaq mill-appartament fis-7.00am, tkellem ma’ Rita Ellul u li dak il-lejl ma kienx raqadx tajjeb. Qal li kien irritorna f’nofs il-ġurnata u meta daħal normalment kien ikun hemm Rita Ellul ħdejn il-mejda tal-kċina, sejjħilha b’ isimha u daħal fil-kamra tas-sodda u sab il-katavru tagħha, biex imbagħad sejjaħ għall-ambulanza.

Peress li kien eskluż li kien hemm xi ‘foul play’ huwa kien mitlub biss biex jagħti l-mobile tiegħu u li dak il-ħin kien hemm sieħbu fil-kamra iżda dan ma kienx mitkellem. Fit-28 ta’ Frar 2022, ġie konkluż ir-rapport tal-awtopsja u l-Ispettur Gauci informa lix-xhud li l-vittma kienet mietet fgata u l-mewta kienet klassifikata bħala ‘asfissija’.

L-Ispettur kien ċempel lil Abina biex imur għand il-pulizija u mar fit-2.50pm, Abina ngħatat id-drittijiet tiegħu. Huwa kien qed jiġi suspettat bil-qtil tagħha. Huwa qalilhom, ‘t-tfajla tiegħi hija mejta u qed tarrestawni’. “L-iskwadra tal-omiċidji ġiet minn Malta u ttieħed fid-depot tal-pulizija.

“Fl-1 ta’ Marzu 2022 tkellimt mal-Assistent kummissarju u Abina ittieħdet fl-uffiċċju tal-Ispettur Kurt Zahra, u ħadna lil Abina f’żona fuq barra fejn ikun hemm fl-pulizija. Huwa talab għal sigarett u ngħatalu, bdejna nitkellmu miegħu u kien mistoqsi jekk ridtx jiekol jew jixrob u l-AC qallu, li inti tinsab fl-inkwiet” kompla jgħid ix-xhud.

Hawn huwa qal , ‘qed inħossni guilty u jiddispjaċini ħafna u hawn infaqa’ jibki’. L-AC staqsih, x’għamiltilha? Ma tkellimx. Huwa qal xi ħaġa minn taħt l-ilsien. Ġie mistoqsi mill-ġdid u qal li poġġielha idu ma’ għonqha u għafas ħafna. L-AC qallu li jinsab ċert li kien qed iħossu aħjar wara li fetaħ qalbu, u hawn Abina niżel għarkopptejh u qal lill-Pulizija ‘jekk jogħġbok għinni’.

Abina qalilhom li kien Kattoliku. L_AC staqsieh għaliex għamel hekk? Qal li qarrqet bih. Imbagħad l-Ispettur Kurt Zahra ħa l-istqarrija tiegħu. Fir-rigward x’ġara eżatt fl-appartament? Il-Magistrat tal-Għassa kien ordna lill-akkużat u l-kollega tiegħu jieħdu l-affarijiet tagħhom u l-appartament ġie ssiġillat minn Max Xeureb.

“L-atteġġjament tal-akkużat kien kalm ħafna, baqa’ jgħid li telaq filgħodu u ma kellimhiex. Id-drittijiet tiegħu ngħataw bil-lingwa Ingliża. Tkellem Ingliż tajjeb ħafna. Jien kont preżenti waqt l-arrest tiegħu. Max Xuereb minn naħa tiegħu kien ra xi marki fuq għonqha u qal li ma kienux qed jogħoġbuh, u għal dak il-kliem l-akkużat ma tantx ħa pjaċir.

Wara xehed l-Ispettur Wayne Camilleri li qal li dak inhar ma kienx xogħol imma kien infurmat. Tenna li fit-28 ta’ Frar, u 2022 kien duty officer u f’xi ħin kmieni wara nofsinhar, l-Ispettur Kurt Zahra informah li rċieva telefonata mir-riżultati tal-awtopsja fuq il-vittma li qallu li hemm każ possibbli ta’ strangolazzjoni.

“Morna Għawdex fuq il-post tad-delitt. Ġejna infurmati li awtopsja oħra kienet se ssegwi espert ieħor Ali Safra kien ġie maħtur. Rajna xi CCTVs. L-Ispettur Josef Gauci ħejja l-mandati ta’ arrest fil-konfront ta’ Abina u sieħbu tal-kamra u eventwalment ġew arrestati fl-istess jum u ngħataw d-drittijiet legali kollha.

Mistoqsija fuq il-ħin li jaħdem Lawrence Abina qalu li huwa normalment jaħdem bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa u s-soltu bejn is-7.00am u nofsinhar. Staqsew jekk Lawrence kienx ħadem fis-26 u qal li kien irrapporta għax-xogħol ftit aktar tard mis-soltu.

Ix-xhud qal li Abina ġie interrogata filgħaxija fl-istess ġurnata, u qabel l-interrogazzjoni Abina ġiet imfakkar u spjegat lilu d-drittijiet tiegħu. Huwa qalilhom li ried ikellem lill-Avukat tal-għajnuna legali Cynthia Tomasulolo iżda wara għażel li ma jkollux avukat preżenti waqt l-interrogazzjoni.

Meta mistoqsi dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ Rita Ellul qal li kienet perfetta, kien ilu jafha mill-2017 u qal li kienet qed tgħix miegħu fl-istess appartament ma’ sieħbu. Kien mistoqsi x’għamel dakinhar, u qal li ħabiba ta’ Rita Joyce marret tarah fl-appartament u dakinhar filgħaxija, ħadu ħafna gost fejn iċċajtaw u daħku kemm felħu u Joyce telqet għall-ħabta tad-9pm u hu u Rita ħarġu.

Marru d-dar tard għal xi nofs il-lejl u għamel lil kafè lil Rita u raqad qabilha. Meta kien mistoqsi is-26 ta’ Frar, qal li qam kmieni, libes għax-xogħol u ħa l-kolazzjon ma’ sieħbu tal-kamra tkellem ftit ma’ Rita qabel telaq u rrapporta għax-xogħol għall-ħabta tas-7am, ħadem sa nofs in-nhar għax kien is-Sibt u mera mar lura sab lil Rita bla ħajja u kellu jċempel lill-112 għall-assistenza.

L-Ispettur Camilleri qal li waqt din l-ewwel interrogazzjoni, seta’ jnħoss li Lawrence qed jaħbi xi ħaġa, fittex xi records bejn Lawrence u Rita u sab rapport tal-pulizija fuq vjolenza domestika li kien irrappurtat fis-17 ta’ Settembru 2020, fejn Rita kienet il-vittma fejn hi kienet rrapportat każ ta’ vjolenza domestika.

Huwa kien ikkonfrontat b’dan u qal li din kienet darba biss u Rita kienet se tirrinunzja għall-akkużi. Rita Ellul qalet li Lawrence Abina kien uża l-forza fiżika f’okkażjonijiet differenti fil-passat. Qal li ma kellu xejn jaħbi għax iħobbha. Ix-xhud qal ukoll li l-ħabiba tagħha Joyce qalet li kienet taf ħafna lil Rita għal dawn l-aħħar sentejn, meta mistoqsija, qalet li saret taf lil Rita eventwalment għax Rita kienet ċemplitilha biex tirranġa appartament għall-kera biex jinkera lil Abina.

Ix-xhud qal li Joyce qalet li Rita u Lawrecne kienu ilhom joqogħdu f’dan l-appartament u darba weġġgħha u Rita kienet qed tgħajjat ​​u titlob għall-għajnuna. Din kienet ir-raġuni għaliex hija kienet qaltilhom biex joħorġu minn dan l-appartament, u beżgħet li dawn l-argumenti jeskalaw f’omiċidju.

Kienet sabet missed call mingħand Lawrence u meta kkuntattjatu, huwa kien infurmaha li sab lil Rita bla ħajja. L-Ispettur Wayne Camilleri qal li meta staqsewha kif kienet ir-relazzjoni bejn Lawyrence u Rita, l-ħabiba tagħha qaltilha li Rita kienet infurmara ku Lawrence kien qed iqarraq biha u kellu attivitajiet sesswali mal-prostituti wkoll.

Stefan ma jeżistiex

Qalet ukoll li Rita kienet qed tara raġel ieħor f’Malta jismu Stefan, u kienet qed tgħid lil Abina li ltaqgħu flimkien imma eventwalment qalet lil Joyce li Stefan ma kienx jeżisti hi għamlet biex Lawrence jagħtiha l-attenzjoni. Ħdejn l-appartament ta’ sħabu nstabet il-vettura ta’ Abina, fejn kienet ipparkjata u din rmunkata għall-investigazzjonijiet. Sieħbu qal li kien telaq mid-dar qabel Lawrence,

FIt-tieni interrogazzjoni tiegħu Abina stqarr li kien hu li qatilha. Kien ilu jaħseb biex joqtolha mill-mument li Joyce kienet qed iżżuru għax raha tieħu pjaċir u ma kienx raha tieħu gost miegħu u għalhekk kien ‘jealousż u hija kienet stqarret li ma kinitx kuntenta miegħu.

Kienet saret taf li kien iqarraq biha u kienu qed ikollhom argumenti frekwenti u li ma kienx jieħu pjaċir li żżur id-dar tagħha fl-Iklin, dan ġegħlu jħossu rrabjat. Il-każ ikompli fid-29 ta’ Marzu li ġej. L-Avukat Joseph Grech irrappreżenta lill-akkużat. L-avukati Anthony Vella u Nathanial Falzon mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali u l-ispetturi Kurt Zahra, Josef Gauci u Wayne Camilleri mexxew il-prosekuzzjoni L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru parte civile f’isem il-familja tal-vittma.