Il-President tal-MEA Joe Farrugia qal li huma ma jaqblux mal-proposta li qed jagħmel il-Partit Laburista li l-ħaddiema se jkunu kostretti jissieħbu f’union. Iċ-Charter for Human Rights tan-Nazzjonijiet Uniti tgħid li huwa importanti kemm id-dritt li inti tingħaqad ma’ assoċjazzjoni kif ukoll id-dritt li inti titlaq minn assoċjazzjoni.
Huwa qal li l-Kamra tal-Kummerċ, iċ-Chamber of SME’s kif ukoll l-MEA huma kontra din il-proposta.
“Din il-proposta hija kontra l-prinċipji tal-kostituzzjoni.” Din il-miżura, skont kif hemm imniżżel fil-manifest elettorali tal-PL diġà hija magħrufa u deċiża… id-diskussjoni se tkun meta se tiġi implimentata.
Huwa qal li din l-issue hija waħda kruċjali u importanti. Dan filwaqt li huwa saħaq li għandu jkun hemm għajnuna fil capacity building.
Joe Farrugia qal li l-assitenza għat-trade unions matul din il-leġislatura ġiet imnaqqsa bi 8% minkejja l-wegħda tal-Gvern Laburista li din se tiżdied b’50%.
Huma qed jitolbu li din il-proposta titneħħa immedjatament mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista.
//= $special ?>