Elezzjoni 2022 Lokali

“Flimkien, irridu nibqgħu naħdmu biex inġibu l-bidla u pajjiżna jkollu tmexxija ġdida” – Bernard Grech

Waqt intervista li saritlu minn Amanda Ciappara Mizzi, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li matul din il-mixja li qed nagħmlulkol flimkien, il-PN qed jirnexxilu jwassal lil-viżjoni li huwa għandu għal Malta u Għawdex.

Mistoqsi dwar in-numru ta’ persuni li qed jispiċċaw jitilqu minn pajjiżna minħabba li f’Malta qed iħossuhom fgati minħbba l-bini, in-nuqqas ta’ standards u nuqqas ta’ opportunitajiet. Quddiem dan kollu huwa qal li l-politiku għandu responsabbiltà li jaġixxi, u huwa għalhekk li huwa daħal fil-poltiika biex ikun jista’ jbiddel dan kollu. Bernard Greh qal li flimkien nsitgħu nġibu l-bidla u jkollna tmexxija ġdida li verament jinteressaha mill-ġid taċ-ċittadin.

Illum tliet għaqdiet ta’ min jimpjega ddikjaraw li huma kontra l-proposta tal-PL li l-ħaddiema jridu jissieħbu f’unions.. dwar dan Bernard Grech qal li hawn toħroġ biċ-ċar id-differenza bejn partit u ieħor. Il-Partit Nazzjonalista għandu proposta fil-programm elettorali tiegħu li flimkien mal-imsieħba soċjali se jsaħħaħ ir-rwol tat-trade unions u jippromwovi l-importanza tas-sħibija partikolament f’oqsma li fihom id-drittijiet tal-ħaddiema jistgħu jiġu mittiefsa.

Dwar il-prezzijiet eżaġerati ta’ prodotti bażiċi, Bernard Grech qal li l-PN huwa kommess li se jgħin lil dawk il-familji li jinsabu f’riskju ta’ faqar. Gvern ġdid Nazzjonalsita se joħloq għaxar setturi ekonomiċi ġodda u jmexxi t-tfassil ta’ patt soċjali ġdid bejn il-partijiet konċernati rilevanti, il-korpi kostitwiti u ċ-ċittadini, bil-għan li jiffoka fuq l-aspetti tal-living income, il-living wage, it-tisħiħ tad-dinjità tal-ħaddiem, it-titjib fid-dħħu; u t-tkabbir tal-produttività.

Bernard Grech qal li huwa importanti li pajjiżna jkun preparat għall-futur.. fosthom dak li għandu x’jaqsam mas-sitwazzjoni tal-Ukrajna u r-Russja. Saħaq li rridu nkunu proattivi u d-deċiżjonijiet jittieħdu mal-ewwel. Partit Nazzjonalista se jara li lill-bdiewa u r-raħħala tingħatalhom l-għajnuna kollha li għandom bżonn.

Meta kien qed jitkellem dwar l-għaxar setturi ekonomiċi ġodda li jrid joħloq il-Partit Nazzjonalista, huwa qal li Gvernijiet Nazzjonalista kollha għandhom track record mill-aqwa fejn jidħol l-ħolqien ta’ setturi ġodda. Saħaq li b’dawn l-għaxar setturi ekonomiċi ġodda se jkunu qed jinħolqu iktar impjiegi. Fost dawn l-għaxar setturi hemm l-esports, il-metaverse u t-3D printing li kollha jistgħu joħolqu impjiegi ta’ kwalità u ma ssirx ħsara lill-ambjent.

Il-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni wkoll għat-traport pubbliku ta’ pajjiżna għalhekk qed jipproponi li jkun hawn trackless tram li se tkun qed tagħti servizz effiċjenti, puntwali u tasal f’aktar lokalitajiet.

Il-Kap tal-PN spjega li l-proposta tal-ESG compliant mhux se tkun qed iddaħħal lin-negozji fl-ispejjeż kif qed jipprova jbeżża’ l-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela. Huwa qal li l-proposta tal-ESG se twassal għal politika fejn il-persunia tkun inċentivata filwaqt li kulħadd jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu.