Lokali

Ftehim biex is-settur volontarju u tax-xogħol jikkumplimentaw lil xulxin

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) u l-Assoċċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) iffirmaw Memorandum of Understanding bil-għan li jgħin fit-tisħiħ talvalur tar-relazzjoni bejn is-setturi tax-xogħol u dak volontarju.

Il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji Jesmond Saliba rrimarka li dan l-MOU għandu l-għan li fil-kuntest tal-Konvenzjoni Nazzjonali VO Plus li qed ġġib flimkien għadd ta’ stakeholders li b’xi mod jaħdmu u jmissu mas-settur voluntarju, tindirizza aspetti kollaborattivi. Huwa spjega li permezz ta’ dan l-MoU se jkun qed li permezz tiegħu jingħata valur minn min iħaddem biex jiġu rikonoxxuti l-ħiliet li jtik il-volontarjat u li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju fuq il-post tax-xogħol.

Fil-fatt uħud mill-punti li wasslu għal dan il-ftehim huwa li min iħaddem jivvalorizza u jirrikonoxxi esperjenzi volontarji li ħaddiema prospettivi jniżżlu fis-CV tagħhom, diskussjoni dwar:

(a) l-introduzzjoni ta’ forom u possibiltajiet modi li permezz tagħhom il-ħaddiema jkunu jistgħu wkoll jipparteċipaw b’mod attiv fil-volontarjat; u
(b) kif ikunu ġġenerati ideat potenzjali biex isaħħu r-relazzjoni bejn is-settur tax-xogħol u dak volontarju.

Il-Kummissarju rrimarka kif is-settur volontarju m’huwiex biss wieħed mill-pilastri ewlenin filqasam soċjali ta’ pajjiżna. Żied jgħid li s-settur volontarju jagħti kontribut lill-ekonomija Maltija, u huwa għalhekk li “jagħmel pilastru soċjo-ekonomiku importanti ħafna filformulazzjoni ta’ Malta.”

Saliba qal kif dan jurina kif l-ebda settur ma huwa individwali, għallkuntrarju kull settur għandu jikkumplimenta u jaħdem ma’ setturi oħrajn.