Elezzjoni 2022 Lokali

“Gvern immexxi minni se joffri klima ta’ fairness” – Bernard Grech

“Gvern immexxi minni se jassigura li jkun hemm klima ta’ fairness ma’ kulħadd.”

Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jieħu sehem f’dibattitu mal-Prim Ministru Robert Abela organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ.

Bernard Grech qal li intom in-neogzjanti li tħaddmu ħafna nies u tinvestu fl-ekonomija, pero għandkom ukoll irwol soċjali. Saħaq li l-PN jemmen li intom in-negozjanti tagħtu kontribut kbir ħafna fis-soċjeta. L-importanza ta’ level playing field u kulħadd ikun jista’ jirnexxi u jinvesti.

Dwar il-proposta li ħaddiem irid jissieħeb f’union, Bernard Grech qal l-PN jagħmel konsultazzjoni ma’ kulħadd… konsultazzjoni li ssir fil-preżent ukoll…. Jgħid li dan m’għandu jkun impost mill-ebda gvern. Qal li biex wieħed jimxi ‘l qudiem b’pajjiżna jrid ikun hemm konsultazzjoni u djalogu bejn kulħadd. Huwa qal li d-differenza bejn iż-żewg partiti hija bejn xi ħadd li jrid iħares ‘l quddiem u joħroġ l-id tal-ħbiberija u bejn xi ħadd li jiddeċiedi kollox hu.  

Bernard Grech qal t-track record tal-Gvern Laburista kien li ma kienx hemm konsultazzjoni biżżejjed ma’ kulħadd. Partit Nazzjonalista fil-Gvern se joffri fond ta’ 40 miljun biex tittaffa d-daqqa tal-għoli tal-ħajja, dan filwaqt li tingħata importanza kbira lis-settur marittimu. Il-PN huwa kommess ukoll li jkompli jinvesti fl-istudenti u ż-żgħażagħ ta’ pajjiżna.

Il-Kap tal-PN qal li f’għaxar snin ma nħoloqx settru ekonomiku ġdid f’pajjiżna. Gvern ġdid Nazzjonalista se jkompli jkun ta’ spalla biex il-ħaddiema u n-negozji jkunu inċentivati iktar.

Huwa qal li Gvern Nazzjonalista se jinvesti biljun ewro f’għaxar setturi ekonomiċi ġodda, bħalma fil-passat għamel Gvern Nazzjonalista meta ħoloq diversi setturi ġodda fosthom is-settur tal-farmaċewtika.

Bernard Grech qal li Gvern ġdid Nazzjonalista mhux se jżid it-taaxxa, il-VAT u l-kontribuzzjonijiet soċjali. Saħaq li PN fil=Gvern se jkompli joffri s-sussidju fil-prezzijiet tal-enerġija għan-negozji.

Huwa qal li pajjiżna ma jistax jistenna għoxrin sena biex ikollu sistema ta’ metro… għall-kuntratju l-PN għandu viżjoni ta’ trackless tram li titlesta fi żmien 5 snin.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li f’kampanja elettorali l-Gvern spiċċa jibgħat iċ-ċekkijiet. Saħaq li Gven Nazzjonalista mhux se jidħol f’kompetizzjoni mal-privat biex joħodlu l-ħaddiema iżda se jibqa’ jaħdem biex iwassal il-viżjoni li dan il-Partit għandu għal pajjiżna.

Bernard Grech qal li l-proposti li qegħdin fil-programm elettorali, il-PN ilu jaħdem fuqhom għal diversi xhur. Huwa qal li f’pajjiżna rridu nibnu b’mod sabiħ sabiex l-ambjent ta’ madwarna ikun wieħed sabiħ li tgħix fih.

Saħaq li jemmen li rridu ngħinu lil dawk in-negozji u s-self employed li qed jaffaċċjaw diversi diffikultajiet minħabba li pajjżna spiċċa fuq il-lista l-griża. Għalhekk prijorita assoluta hija li pajjiżna joħroġ immedjatament minn fuq din il-lista.

Huwa fakkar kif il-politika tal-Partit Nazzjonalista se tkun mibnija fuq il-kriterji ESG… kriterji li se jagħtu importanza lill-ambjent, is-sostenibbiltà u l-governanza tajba.

Bernard Grech qal li jrid politika li tmur mill-kliem għall-fatti… politika b’viżjoni ċara ta’ fejn irridu li pajjiżna jmur fis-snin li ġejjin.