Lokali

“Gvern Nazzjonalista jtejjeb il-prodott turistiku biex nattiraw iktar turisti” – Bernard Grech

“Irridu ntejbu l-esperjenza u l-prodott biex nattiraw iktar turisti. U hu għalhekk li Gvern Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed jassigura pajjiż isbaħ b’aktar spazji miftuħa.”

Kien dan li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech waqt laqgħa li saret mal-MHRA.

Bernard Grech wiegħed li Gvern immexxi minnu se jkun qed jieħu numru ta’ inizzjattivi bi ikun żgurat li s-settur turistiku ikun fl-aqwa tiegħu. Fost dawn issemma kif Gvern Nazzjonalista se jkun qed itejjeb il-prodott turistiku b’investiment b’saħħtu fl-infrastruttura turistika u fuq il-faċilitajiet li jsaħħu l-esperjenza turistika f’pajjiżna.

Minn naħa tiegħu, il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal li aħna rridu nħallu pajjiż aħjar milli sibnih għall-ġenerazzjonijiet futuri. Saħaq li meta wieħed jiġi f’pajjiżna jara massa ta’ bini u għalhekk hemm il-bżonn għas-sostenibiltà.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll il-Viċi Kap Robert Arrigo, Ivan Bartolo, u Graziella Galea.