Fil-bidu tad-dibattitu tal-lum bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Kamra tal-Kummerċ waslet messaġġ imqanqal lill-Gvern sabiex issir konsultazzjoni vera filwaqt li jissaħħaħ l-MCESD.
Il-Kap Eżekuttiv Marthese Portelli ressqet il-proposta sabiex iċ-Chairperson tal-MCESD jibda jkun maħtur mill-imsieħba soċjali direttament, u mhux mill-Gvern.
Portelli insistiet li hemm bżonn li tibda issir “konsultazzjoni vera”.
Marisa Xuereb minn naħa tagħha appellat biex fl-elezzjoni, “l-interess nazzjonali jitpoġġa qabel il-pjaċiri u l-handouts.”
//= $special ?>