Botta diretta minn Robert Abela li llum il-Labour jinsab ahjar mill-2019 … is-sena li fiha Muscat kien iddikjarat bhala l-aktar politiku korrott fid-dinja.
F’tinda f’nofs carpark, Abela sahansitra qal li issa r-rota qed iddur ahjar minn zmien Muscat.
F’diskors miktub minn qabel biex kemm jaqrah halli zgur ma jizbaljax, Abela kompla jipprova jbengel il-mod kif il-Labour jinsab maqsum, mill-anqas, fi tnejn.
Tant hu hekk li, biex jevita milli jsemmi lid-Deputy Leader tieghu, Chris Fearne, ta kredtu biss lilu u lit-tim kollu ghax-xoghol li, skont hu, sar fl-ahhar snin.
U aktar minn hekk… Abela ppoppa sidru daqslikieku hu l-uniku li lest jiddjaloga ma’ min irid ikellmu.
Dan kollu f’nofs ir-raba’ gimgha ta’ kampanja elettorali ta’ hames gimghat, fejn iddomina fost Abela u l-Partit tieghu l-messagg negattiv ….u l-attakki kontra kulmin ma jaqbilx mieghu.