“Il-bibien huma miftuħa għal kulħadd” qal il-kowċ tat-tim Nazzjonali Devis Mangia meta mistoqsi dwar l-għażla ta’ plejers għat tim nazzjonali. Mangia qal li dan huwa proġett fit-tul u għalhekk wieħed għandu jinvesti u jagħti spazju lill-plejers żgħażagħ. Devis Mangia kien qed jindirizza lil ġurnalisti wara t-tħabbira tal-lista finali tal-plejers.
Malta tilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija; l-ewwel kontra l-Azerbaijan fil-25 ta’ Marzu u erbat ijiem wara kontra l-Kuwajt fid-29 ta’ Marzu. Iż-żewġ logħbiet se jsiru fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali . Mangia kkummenta li d-deċiżjonijiet jittieħdu b’rabta ma kull impenn internazzjonali u l-għażla tiddependi minn numru ta’ fatturi.
Wara l-għażla hemm ukoll ħafna xogħol. Rappreżentant miċ-ċentru tekniku jkun preżenti waqt il-logħob kollu u jsir rapport wara kull logħba. Tali rapport jintuża biex tiddetermina l-lista finali. Barra minn hekk, qed isir xogħol ta’ sfond fir-rigward tan-nutrizzjoni tal-plejers li jiddetermina l-ħila fiżika tagħhom, is-saħħa u l-prestazzjoni tagħhom.
//= $special ?>