Fil-belt ta’ Mariupol żviluppat sitwazzjoni allarmanti ta’ ‘ostaġġi’ fejn it-truppi Russi qed iżommu mal-400 persuna – fosthom tobba u infermiera – b’kumpless ta’ sptar.
Madankollu, mal-20,000 ċivili , fl-aħħar sigħat, irnexxielhom joħorġu minn din il-belt permezz ta’ rotta tas-sigurtà — bl-istat tal-assedju jkompli għal Mariupol.
Fi żviluppi oħra, is-servizzi għall-emerġenzi fil-belt Ukrena ta’ Kharkiv qalu li talanqas 500 resident tilfu ħajjithom mill-bidu tal-invażjoni mill-qawwiet Russi sal-bieraħ.
Kharkiv hi t-tieni l-akbar belt tal-Ukrajna u ilha ssofri l-bumbardamenti tar-Russja għal dawn l-aħħar ġimgħatejn. Iżda minkejja l-qilla tal-attakki, il-qawwiet Russi, baqgħu ma ċċirkondawx lil din il-belt minħabba nuqqas ta’ munizzjon.
//= $special ?>