L-awtoritajiet Ukreni qalu li miet ir-raba’ Ġeneral tal-Armata ta’ Vladimir Putin waqt il-ġlied fl-Ukrajna. Dan ifisser li l-qawwiet ta’ Moska issa jitilfu xejn anqas minn tlettax-il kmandant ewlieni mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna, fl-24 ta’ Frar.
Ir-rapporti qalu li l-Ġeneral Oleg Mityaev – il-kmandant tal-150 diviżjoni tal-Armata Russa — miet waqt l-attakki fuq Mariupol u li miegħu mietu diversi kommandos Russi li kienu jiffurmaw parti minn skwadra ta’ qawwiet speċjali.
It-telf ta’ daqstant uffiċjali ewlenin – inklużi tlett Ġenerali oħra — fil-kamp tal-battalja qed jitqies bħala disfatta kbira għall-President Russu minbarra li żvela ‘l-ippjanar ħażin tal-invażjoni mill-Kremlin’. Fl-istess ħin, ħarġu l- allegazzjonijiet li diversi uffiċjali f’Moska qegħdin jaqblu li l-invażjoni tal-Ukrajna kien żball kbir li għandu jirrifletti ħażin ferm fuq ir-Russja għal diversi snin.
//= $special ?>