L-Ambaxxata Amerikana fi Kiev bagħtet tweet li t-truppi tar-Russja fetħu n-nar fuq grupp ta’ Ukreni fi kju u li kienu qed jistennew biex jixtru l-ħobż – u bir-riżultat li mietu talanqas għaxra.
L-atroċità qed tidher li saret fil-belt ta’ Chernihiv, lejn in-naħa ta’ fuq tal-Ukrajna, bl-Ambaxxata Amerikana ssejjaħ għall-waqfien ‘ta’ dawn l-attakki terribbli fuq iċ-ċivili Ukreni’.
Sadanittant, l-Istati Uniti qalet li hi u l-Punent qed jikkunsidraw l-għażliet kollha quddiemhom biex jaċċertaw li ssir ġustizzja ma’ kulmin iwettaq ir-reati tal-gwerra ( fl-Ukrajna)
//= $special ?>