Il-President tar-Russja, Vladimir Putin, qal li l-pajjiżi tal-Punent mhumiex se jirnexxilhom ‘jattwaw dominju fuq livell globali’ u meta ‘wisq anqas mhuma se jirnexxilhom jaqsmu lir-Russja f’numru ta’ reġjuni’.
L-akkuża stramba ta’ Putin lill-Punent seħħet meta l-Mexxej Russu kien qed jindirizza laqgħa għall-Gvern ta’ Moska u li fiha qal li ‘jekk il-Punent jaħseb li r-Russja għandha tieħu pass lura ikun qed juri li tassew li ma jafx id-determinazzjoni ta’ dan il-poplu’.
Vladimir Putin tkellem ukoll dwar is-sanzjonijiet tal-Punent li qegħdin jifnu lill-ekonomija tar-Russja. Madankollu hu addotta ton ta’ sfida u saħaq li l-bank ċentrali Russu mgħandux bżonn li jipprintja l-flus għaliex pajjiżu ‘għandu biżżejjed riżorsi finanzjarji’.
Putin insista li l-ekonomija u n-negozji fir-Russja għandhom ir-riżorsi u l-għodda kollha biex jilħqu l-għanijiet tagħhom u li ‘l-isfidi għandhom iżidu d-determinazzjoni tal-ażjendi li jirnexxu minkejja s-sanzjonijiet’.
//= $special ?>