Pajjiżna fis-26 ta’ Marzu għandu għażla, bejn jekk iridx Gvern li l-passat tiegħu qed jifnih, jew Gvern ġdid Nazzjonalista li għandu viżjoni – Li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja, li jtejjeb is-sitwazzjoni tat-trasport, li jsaħħaħ il-ħaddiema u joħloq setturi ġodda …filwaqt li jħares il-pajsaġġ Malti.
Hekk qal id-Deputat u kandidat Nazzjonalista Ryan Callus waqt konferenza organizzata mill-Awtorità tax-Xandir, bit-tema, “Miegħek għal Malta”.
Mistoqsi dwar it-tramm, Ryan Callus wieġeb li b’differenza mil-Labour, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed iwettaq trasport alternattiv, nadif u modern, li se jiswa anqas, iżda effiċjenti ferm aktar.
Tul il-konferenza tal-aħbarjiet Ryan Callus elenka wkoll il-proposti tal-Partit Nazzjonalista – inkluż ir-rabta li titneħħa t-taxxa tas-suċessjoni.
Mistoqsi dwar il-kriżi tal-Ukrajna u kif PN fil-Gvern se jkun qed jindirizza r-riperkussjonijiet li l-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa qed iġġib… Ryan Callus qal li l-Partit Nazzjonalista bil-programm tiegħu qed iħares ‘il quddiem b’konvinzjoni. Dan apparti li jinħolqu setturi ġodda … u jintraddu lura l-eluf li insterqu mill-kontijiet tad-dawl.
Ryan Callus tenna li l-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni li se toħloq kwalità ta’ ħajja aħjar, filwaqt li tiżdied il-paga minima u tiddahhal il-living wage.
//= $special ?>