Fl-Allianz Stadium, fis-sorpriża tal-ġurnata, Juventus kienu megħluba bl-iskor ta’ 3-0 minn Villarreal biex b’hekk ġew eliminati mill-UEFA Champions League bi skor aggregate ta’ 4-1. Villarreal fetħu l-iskor fit-78 minuta meta Daniel Rugani waqqa’ lil Francis Coquelin fil-kaxxa bir-referee jordna penalty, b’Gerard Moreno mill-ħdax-il metru ma jiżbaljax. Seba’ minuti wara Villarreal irdoppjaw meta minn daqqa ta’ ras ta’ Serge Aurier kien Pau Torres li xeħet fix-xibka għal 2-0. L-Ispanjoli skorjaw it-tielet gowl tagħhom fit-92 minuta meta mill-ħdax-il metru din id-darba kien Arnaut Danjuma li xeħet ġewwa, b’Villareal jagħmluha fil-kwarti finali.
Fil-partita l-oħra Chelsea kisbu kwalifikazzjoni għall-kwartifinali b’rebħa ta’ 2-1 kontra Lille, biex għaddew bi skor aggregate ta’ 4-1. Lille marru fil-vantaġġ fit-38 minuta permezz ta’ penalty mogħti u skorjat minn Burak Yilmaz. Iżda Chelsea kisbu d-draw fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima b’gowl ta’ Christian Pulisic, qabel fil-71 minuta kien Cesar Azpilicueta li skorja l-gowl tar-rebħa għal Chelsea.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: Juventus v Villarreal 0-3 (1-4), Lille v Chelsea 1-2 (1-4_
//= $special ?>