Tlett punti importanti għal Liverpool kontra avversarju diffċili bħal Arsenal sabiex bit-tlett punti mirbuħa, bil-21 rebħa tal-istaġun b’69 punt telgħu punt taħt Manchester City. Fl-istess waqt fetħu vantaġġ ta’ għaxar punti minn Chelsea. Bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima li ntemmet 0 – 0 . Fit-tieni taqsima b’Liverpool jiftħu fuq l-offensiva fl-54 minuta fetħu l-iskor. Kien DIOGO JOTA li minn azzjoni ta’ Thiago Alcantara għeleb lil Aaron Ramsdale. Kibret il-pressjoni minn Liverpool li fit-62 minuta meritatament irduppjaw. Pass ta’ Andrew Robertson lejn ROBERTO FIRMINO li għeleb lil Ramsdale għat 2 – 0 . Riżultat li biħ intemmet wkoll il-partita.
Tlett punti importanti għal Tottenham li bil-15 ir-rebħa tal-istaġun laħqu lil West Ham fis-sitt post bi 48 punt iżda lgħabu partita anqas. Brighton baqgħu fit-13 il-post flimkien ma’ Leicester City bi 33 punt. Minkejja li Tottenham kellhom aktar pussess matul l-ewwel taqsima kellhom jistennew sas-37 minuta biex jifthu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Dejan Kulusevski kien CRISTIAN ROMERO li għeleb lil Robert Sanchez għal vantaġġ minimu fi tmiem l-ewwel taqsima. Fin-nuqqas ta’ reazzjoni minn Brighton, Tottenham approfittaw tant li fis-57 minuta minn pass ta’ Rodrigo Betancour kien HARRY KANE li għamel l-iskor 2 – 0 u litteralment għalaq il-partita.
PREMIER LEAGUE
Illum: Brighton v Tottenham 0-2, Arsenal v Liverpool 0-2
//= $special ?>