F’konferenza tal-aħbarijiet, indirizzata mill-Viċi Kap tal-PN David Agius u mill-Kandidat Paula Mifsud Bonnici, il-PN saħaq li “il-Labour jinsab f’paniku u qiegħed b’mod kontinwu jigdeb dwar il-proposti tal-PN.”
David Agius saħaq bl-aktar mod ċar li l-PN ser jieħu ħsieb lill-anzjani u jtihom dak li jixirqilhom. “Nistgħu nagħmlu dan permezz ta’ 10 setturi ekonomiċi ġodda, noħolqu l-ġid u nqassmu dan il-ġid”, qal il-Viċi Kap tal-PN.
Fost il-ħafna proposti konkreti li għandu l-PN għall-anzjani, David Agius spjega kif Gvern ġdid tal-PN ser joħloq fond tal-pensjonijiet, fejn “naħsbu fuq is-sostenibiltà tal-pensjonijiet, u naċċertaw li ma npoġġu ebda piż fuq il-familji u n-negozji.”
David Agius spjega kif mhux se jkun hemm ebda taxxa fuq il-pensjonijiet. Xi ħaġa li l-Partit Laburista mhux jgħid. Dan filwaqt li l-PN qed iwiegħed li l-pensjoni se tiżdied.
Intant, filwaqt li l-Labour ma semma’ xejn dwar l-inġustizzji. Il-PN, fil-programm elettorali tiegħu spjega kif Gvern ġdid tal-PN ser iwaqqaf kull inġustizzja.
Pero, minflok jagħti proposti konkreti, il-PL qed jagħżel li jigdeb dwar il-proposti tal-PN. Dan spjegatu Paula Mifsud Bonnici fejn fakkret f’numru ta’ snin preċedenti fejn f’dak li jirrigwarda l-pensjonanti tagħna, il-PN dejjem kien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja u qatt ma ffriża l-pensjonijiet kif kien għamel Gvern tal-Partit Laburista.
Paula Mifsud Bonnici fakkret ukoll fiż-żidiet kontinwi li kien jagħti l-PN lill-pensjonanti u ddikjrat li taħt Gvern ġdid tal-PN dan ser jerġa’ jiġri, bi pjan serju u sostenibbli. Hi fakkret ukoll fis-servizzi kbar li nieda l-Partit Nazjonalista fil-komunità għall-anzjani. Mifsud Bonnici fakkret ukoll kif it-track record tal-PN juri wkoll numru ta’ djar tal-anzjani li bena matul is-snin. Dan bid-differenza tal-PL li sal-lum għadu m’għamilx dan.
Il-Kandidat tal-PN saħqet li l-PN se jerġa’ jżomm kelmtu mal-anzjani, mhux biss bil-proposti li ssemmew iżda anke li l-anzjani jkollhom il-mediċini kollha b’xejn għalihom, filwaqt li jingħataw lura l-flus misruqa minn dan il-Gvern fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
//= $special ?>