Fl-aħħar sigħat, il-Ministeru tas-saħħa ħabbar li mietet mara oħra ta’ 83 sena, waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19. Dan itella’ t-total ta’ imwiet għal 618.
Tħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa ġie irreġistrat 229 każ ġdid pożittiv, filwaqt li fl-istess perjodu fiequ 82 persuna. B’hekk it-total ta’ każi attivi hu dak ta’ 1673.
Ġie mħabbar ukoll li fl-Isptar Mater Dei hemm 51 pazjent pożittiv, bi wieħed minnhom jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.