L-eks deputat Nazzjonalista Mario Galea stqarr b’mod ċar li hu twieled Nazzjonalist u Nazzjonalist se jmut.
“Issa min għandu interess ipinġini mod ieħor, biċċa tiegħu”, stqarr Mario Galea fuq Facebook.
Dan wara li aktar kmieni matul il-jum kien iindirizza konferenza dwar is-saħħa mentali li kienet organizzata mill-mara tal-Prim Ministru, Lydia Abela.
Galea kiteb li l-mard mentali m’għandux kuluri politiċi u li dejjem prova jwassal kelma ta’ faraġ u kuraġġ lil min qed ibati minn problemi ta’ saħħa mentali. “Kull min stedinni nitkellem fuq is-saħħa mentali dejjem aċċettajt l-istedina” qal Mario Galea.
//= $special ?>