Nicolai Bonello ġie pppreżentat bl-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ għax-xahar ta’ Frar wara li waqqaf rekord nazzjonali fil-Pole Vault b’qabża ta’ 4.35 metri. Iż-żagħżugħ ta’ 16-il sena, kiser ir-rekord ta’ taħt l-20 sena f’Jananr tal-2022 fejn kiser ir-rekord li kien stabbilit ta’ 3.90 metri.
Fi Frar, Boenllo kien protagonist fil-Kampjonati tax-Xitwa organizzati minn Athletic’s Malta, biex kiser ir-rekord ta’ 4.25 metri mwaqqaf minn Stefan Mohnani fis-sena 2000. Nicolai Bonello qed jaħdem taħt il-gwid tal-coach Bulgaru Jivko Jetev.
Il-preżentazzjoni tal-unur saret mid-direttur maniġerjali ta’ Atlas Matthew von Brockdorff u mis-CEO Robert Micallef.
//= $special ?>