Permezz ta’ post fuq il-media soċjali, il-midfielder ta’ Man Utd Paul Pogba qal li xi persuni daħlu fir-residenza tiegħu waqt il-partita tal-UEFA Champions League kontra Atletico Madrid.
Pogba stqarr li l-persuni daħlu fir-residenza tiegħu waqt li t-tfal tiegħu kienu reqdin, bl-allegati ħallelin idumu inqas minn ħames minuti fir-residenza f’Manchester.
Għalkemm il-midfielder ta’ 29 sena ma speċifikax l-oġġetti li nsterqu, hu qal li dawn il-persuni ħadu l-privatezza u s-sens ta’ sigurta’ lilu kif ukoll lil martu Zulay.
Pogba qed joffri rigal xieraq għal dawk in-nies li jagħtu aktar informazzjoni dwar din is-serqa.
//= $special ?>