Dwar il-governanza ma weġibx. Dwar it-taxxi ma weġibx. Dwar it-traffiku ma weġibx. Filwaqt li diġa’ ikkommetta ruħu li se jsiru żbalji.
Dibattitu sħiħ dahru mal-ħajt, u jattakka b’mod partiġġjan lill-Kap tal-PN Bernard Grech.
Waqt dan id-dibattitu li sar dalgħodu fil-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru Robert Abela weħel mal-ewwel malli saritlu l-ewwel domanda – mistoqsija li kienet dwar il-wegħda tal-Labour li jdaħħal l-obbligu ta’ sħubija f’union.
Meta tpoġġiet din il-mistoqsija, Abela mal-ewwel mar fuq id-difiża u prova jagħti x’jifhem li se ssir konsultazzjoni. Għalkemm eżatt wara, inġibditlu l-attenzjoni li l-konsultazzjoni se ssir fuq l-implimentazzjoni ta’ din il-wegħda kontroversjali – u allura, kif se tiddaħħal mhux jekk tiddaħħalx jew le.
Abela baqa’ jinsisti li din hi proposta serja.
Fuq aktar domandi, Robert Abela semma’ t-taxxi – imma imkien ma qal li l-Manifest tal-Labour m’għandu ebda rabta iswed fuq l-abjad dwar l-importanza li ma jiddaħħlux taxxi ġodda. Din imkien ma tidher fil-Manifest tal-Partit Laburista.
Bernard Grech minn naħa tiegħu semma’ kif Gvern ġdid Nazzjonalista mhux se jżid it-taxxa, mhux se jżid il-VAT u mhux se jżid il-kontribuzzjonijiet soċjali.
Matul id-dibattitu, il-Prim Ministru stqarr li parti sostanzjali tal-wegħdi se jkunu sostnuti mill-flus tal-Unjoni Ewropea.
Għamel anke referenza għat-traffiku, fejn qal li diġa’ kien hemm ħafna proġetti. Dwar il-metro, filwaqt illi qal li mhux se ddum 30 sena biex is-sistema titlesta, baqa’ ma qalx meta se titlesta.
Robert Abela għamel ukoll referenza għall-fatt li l-prezz tal-fuels qed “ikompli joxxilla”.
Intant, il-Prim Ministru semma’ kif jekk jidħol imexxi t-tieni Gvern tiegħu lest jerġa’ jibda jilgħab bid-Distretti. F’dik li hu sejħilha “riforma elettorali”, tant li lest jagħmel minn Malta Distrett wieħed, jew maqsumin bejn erba’ jew ħames Distretti.
//= $special ?>