Tħabbret il-mewt tal-attriċi Karmen Azzopardi, fl-età ta’ 88 sena.
Hija twieldet fil-Ħamrun lura fl-1933 tas-7 ta’ Lulju – fejn minn żgħożita kienet sinonima mal-palk lokali.
Matul is-snin hija ħadmet ma’ diversi kumpaniji teatrali kif ukoll ħadet sehem f’diversi dokumentarji, radjudrammi u ankè programmi fuq ir-Redifussion.
Karmen Azzopardi ħadmet ukoll fost oħrajn f’numru ta’ drammi televiżivi fosthom Undercover, Villa Sunset, Aenigma, f’Baħar Wieħed, Dejjem Tiegħek u It’s Morris.
//= $special ?>