Attakki partiġġjani, narrattiva negattiva tal-passat, firda, dlam, u l-kantaliena ta’ l-huma u l-aħna.
Dan kien id-diskors li fetaħ bih taħt it-tinda tal-Labour fil-Ħamrun il-Whip Laburista u ħabib kbir tal-eks Mexxej Laburista Jospeh Muscat, Glenn Bedingfield. ..fejn insista li jekk tpoġġi fuq il-miżien it-tajjeb u l-ħażin tal-Labour, ċertament li hemm x’tirranġa.
Dan filwaqt li f’attakk wieħed wara l-ieħor kontra l-Partit Nazzjonalista ħass il-ħtieġa li jaqbeż għal sħabu hekk kif skont hu min tkellem barra minn xtutna favur Malta libera mill-korruzzjoni u l-impunità huwa xewwiex.
Bedingfield fuq kollox kompla bin-narrattiva tal-passat fejn saħansitra irrepeta l-kliem tal-innu laburista li ftit li xejn għadu jissemma fl-attivitajiet uffiċjali tal-Labour… ghaliex il-klikka tal-Leader ma tridx issemma l-innu.
Bedingfield insista li l-Manifest elettorali tal-Labour huwa bibja għalihom.
Intant, f’diskors surreali, il-Ministru Roderick Galdes saħaq li taw dar lin-nies u li bnew il-housing soċjali.
Iżda fil-verità ma kellux kuraġġ jgħid lill-partitarji preżenti li f’9 snin ma lestewx proġett wieħed ta’ akkomodazzjoni soċjali għajr blokka restawrata fil-Belt Valletta.