Elezzjoni 2022 Lokali

“It-tqassim taċ-ċekkijiet lejliet elezzjoni huwa konferma tal-livell baxx tal-politika” – MaltaToday

Li jitqassmu ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa, eżatt f’nofs kampanja elettorali, akkumpanjati minn ittri ffirmati mill-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi, żgur li jirrappreżenta livell baxx ġdid tal-politika Maltija.

L-editorjal tal-Malta Today jgħid li l-istrutturi politiċi ta’ Malta minn dejjem kienu mmirati biex jimmassimizzaw il-kontroll tal-Prim Ministru fuq il-proċess elettorali: fost affarijiet oħra, billi jistabbilixxi l-għażla tad-data bħala l-unika prerogattiva tal-Prim Ministru; u fuq kollox, billi tiġi mċajpra d-distinzjoni bejn “Partit” u “Stat”, sabiex il-partiti politiċi jkollhom aċċess sħiħ għas-setgħat tal-gvern, anke waqt il-kampanji elettorali. Iżda li issa qed issir tqassim ta’ ċekkijiet lejliet elezzjoni ġenerali… ilħaqna l-iktar livell baxx fil-politika.