Sport Waterpolo

Valletta jegħlbu l-isfida denja ta’ Ta’ Xbiex .. Sliema bl-akbar rebħa f’din l-edizzjoni

Rapport: Stewart Said

Valletta Izibet kisbu t-tieni rebħa, punti li se jkunu importanti għalihom fit-tieni fażi. Dan għaliex iż-żewġ rebħiet waslu kontra t-timijiet li se jkunu magħhom fl-Ewwel Diviżjoni u għalhekk il-punti ta’ dawn il-konfronti jibqgħu jgħoddu.

Il-Beltin dejjem kienu pass qabel l-avversarji iżda probabbilment is-6-3 skorjat minn Daniel Paolella lejn l-aħħar tat-tieni sessjoni, kien importanti għar-rebħa. Fil-bidu tat-tielet sessjoni, Valletta skorjaw darbtejn oħra u għamluha diffiċli għal Ta’ Xbiex biex jirkupraw. Valletta komplew jikkontrollaw, b’Ta’ Xbiex jippruvaw inaqqsu d-distakk sat-tmiem.

Birżebbuġa Freeport ikkonsolidaw posthom fi Grupp A qabel Exiles. Huma kisbu t-tliet punti meritatament kontra Otters Nivea. Minkejja d-distakk finali, Birżebbuġa kkonfermaw ir-rebħa fl-aħħar sessjoni biss.

Permezz ta’ doppjetti minn Giuseppe Mannino u Russell Spiteri flimkien ma’ gowls minn David Cutajar u Ben Grech, Birżebbuġa fetħu vantaġġ komdu ta’ 6-0. Otters wettqu reazzjoni u wara li kienu 8-1, skorjaw tliet darbiet konsekuttivi biex baqgħu jittamaw. Madankollu t-tama ntemmet fl-aħħar sessjoni mal-gowl ta’ Gabriel Sammut, bit-tim ta’ Pierre Borg ikompli jkabbar il-vantaġġ sat-tmiem.

Fl-ewwel logħba tal-ġurnata, Sliema Frank Salt kisbu l-akbar rebħa f’din l-edizzjoni sa issa. Konfront bla storja li fil-verità ma nafx min tgħallem minn din il-logħba. Differenza netta bejn dawn it-timijiet li iżda kellhom jilagħbu kontra xulxin minħabba l-format tal-kompetizzjoni.

Sliema skorjaw perjodikament fl-ewwel sessjoni u żammew l-istess rendiment. Il-kowċ Zoran Maslovar għażel li jutilizza l-aktar il-plejers żgħażagħ li madankollu xorta spikkaw. Fosthom, Kieyan Borg skorja erba’ gowls fit-tieni sessjoni u Jayden Cutajar skorja erba’ gowls fl-aħħar sessjoni.

SLIEMA FRANK SALT…… 34

BARRACUDAS………………. 1

(8-0), (9-0), (9-1), (8-0)

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (5), J. Saliba (6), D. Rizzo (3), M. Meli (2), J. Cutajar (8), J. Brownrigg (1), K. Borg (6), Z. Mizzi (1), D. Zammit (1), A. Theuma, T. Camilleri (1)

Barracudas: M. Borg, N. Gatt, A. Magri, P. Micallef, J. Bugeja, R. Sciortino, D. Ciantar, C. Brincat, D. Camilleri, S. Camilleri, A. Mifsud, T.J. Mifsud, L. Abela, N. Camenzuli (1), A. Grima

Referees: Massimo Angileri, Neville Mercieca

OTTERS NIVEA…………………. 4

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 13

(0-3), (0-3), (4-2), (0-5)

Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna, L. Grech Carr (3), Z. Camilleri, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech, M. Farrugia, Z. Bartolo, A. Dimech, G. Gatt Ellis, K. Micallef

Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia, N. Cassar, B. Grech (1), C. Mifsud, R. Mock (1), G. Mannino (2), D. Cutajar (3), K. Tanti, R. Spiteri (3), M. Curmi, C.D. Borg, G. Sammut (3)

Referees: Peter Balzan, Richard Magri

VALLETTA IZIBET………….. 13

TA’ XBIEX AMIGOS……….. 8

(3-1), (3-2), (4-3), (3-2)

Valletta: B. Busuttil, O. Zammit, M. Pace (2), L. Hyzler (1), Z. Micallef (2), T. Said (1), D. Paolella (3), M. Mifsud (2), S. Micallef (1), A. Agius, J. Culic, K. Cremona (1), A. Bugeja, L. Felice

Ta’ Xbiex: N. Galea Mule, C.J. Saliba, E. Aquilina (4), J. Pace Mizzi, E. Mizzi, S. Engerer, Z. Cutajar Licari (1), J. Cassar (1), E. Schembri (2), B. Attard, P. Tabone, J. Chircop, Z. Dzanovic, T. Fenech

Referees: Ronnie Spiteri, Alex de Raffaele

Kif Jinsabu

Grupp A

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Neptunes             4        3        1        0        41      20      10

Birżebbuġa         4        3        1        0        46      33      10

Exiles                   4        3        0        1        44      26      9

Valletta                4        2        0        2        43      29      6

Ta’ Xbiex             4        0        0        4        25      47      0

Otters                  4        0        0        4        9        53      0

Grupp B

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Sliema                  3        3        0        0        62      9        9

San Ġiljan             3        3        0        0        43      12      9

Sirens                   3        1        0        2        35      33      3

Marsaskala           3        1        0        2        34      34      3

Barracudas           4        0        0        4        11      97      0

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa

Grupp A: Neptunes v Valletta 6.30pm, Ta’ Xbiex v Otters 7.35pm