Il-Mexxej tal-Labour, għal darb’oħra, ħarab minn dibattitu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Dan hekk kif il-Ħamis filgħodu Abela kellu jagħmel dibattitu fuq l-elezzjoni online organizzat mill-.G.F Abela Junior College fi ħdan l-Università ta’ Malta iżda fl-aħħar minuta jidher li Robert Abela għoġbu ma jattendix.
Minflok għażel li jiddibatti sabiex il-poplu jkun jaf x’qed joffri huwa kompla bil-kampanja personali tiegħu fid-distrett.
Minflok, huwa bagħat lid-Deputat tiegħu u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne sabiex jiddibatti ma’ Bernard Grech u diversi persuni oħra quddiem l-istudenti u żgħażagħ.
Dak li qed jikkandida ruħu quddiem l-elettorat sabiex jiprova jerġa’ jiġi elett bħala Prim Ministru ħarab mid-domandi pertinenti u ħalla lil Fearne sabiex iwieġeb dejjem bl-istess narrattiva.
//= $special ?>