Futbol Sport

Everton b’rebħa drammatika kontra Newcastle

Rebħa drammatika għal Everton b’gowl fis-99 minuta f’partita fejn minkejja li Newcastle iddettaw għal ħinijiet twal, b’xi mod id-difiza ta’ Everton żamment l-iskor intatt b’Asmir Begovic rari jkun impenjat serjament. B’dan ir-riżultat Newcastle baqgħu fl-14 il-post bi 31 punt filwaqt li Everton mhedda bir-relegazzjoni telgħu fis-17 il-post b’ 25 punt bl-unika konsolazzjoni għal Frank Lampard tkun li lgħabu żewġ partiti anqas u fl-istess waqt qabżu lil Watford.

Fit-83 minuta Everton kostretti li jkomplu bi plejer anqas wara li Craig Pawson keċċa lil Allan għal foul ikraħ fuq Allan Saint Maximillian li kien għadu kemm daħal bħala sostitut. Fatt kurjuż huwa li fuq id-90 minuta ingħataw xejn anqas minn 19 il-minuta ta’ ħin miżjud. Fid-disa’ minuta minnhom minn azzjoni ta’ Dominic Calvert Lewin kien ALEX IWOBI li għeleb lil Martin Dubravka li kien biżżejjed għas-seba’ rebħa fil-Kampjonat.

Il-partita kellha titwaqqaf għal xi ħin wara li partitarju qabeż fil-ground u ntrabat mal-lasta bi protesta kontra x-xiri taż-żejt mir-Russja. Il-partitarju kellu flokk bil-kliem “Just stop oil”, bl-istewards eventwalment iħollu lill-partitarju minn mal-lasta.

PREMIER LEAGUE

Illum: Everton v Newcastle 1-0