Elezzjoni 2022 Lokali

“Flimkien, se nġibu l-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn” – Bernard Grech

“Kommess li nkomplu naħdmu għalikom u għal pajjiżna… huwa biss flimkien li se jirnexxielna nġibu l-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn”.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-PN Bernard Grech f’diskors li għamel waqt riċeviment li sar għar-residenti tal-ħdax-il distrett elettorali.

Qal li daħal għall-politika għax jemmen li dan il-pajjiż għandu bżonn bidla. Partit li għandu politika ta’ responsabbiltà.

Bernard Grech fakkar fl-iskandli kollha li saru f’dawn l-aħħar snin taħt Gvern Laburista. Quddiem dan kollu pajjiżna għandu bżonn tmexxija ġdida… tmexxija responsabbli li tpoġġi l-interess tal-pajjiż l-ewwel u qabel kollox.

Huwa qal li huwa importanti li nibqgħu magħqudin u flimkien naħdmu sabiex ikollna futur aħjar. Saħaq li l-uniku partit li għandu viżjoni huwa l-Partit Nazzjonalista.