Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-poplu qed jiffaċċja katastrofi umana simili għall-era tan-Nażisti

An explosion in an apartment building that came under fire from a Russian army tank in Mariupol, Ukraine, Friday, March 11, 2022. Ukraine’s military says Russian forces have captured the eastern outskirts of the besieged city of Mariupol. In a Facebook update Saturday, the military said the capture of Mariupol and Severodonetsk in the east were a priority for Russian forces. Mariupol has been under siege for over a week, with no electricity, gas or water. (AP Photo/Evgeniy Maloletka)

Il-bumbardamenti tal-qawwiet Russi fuq il-poplu ċivili tal-Ukrajna żiedu fl-intensità, bl-osservaturi barranin jemmnu li qed isseħħ katastrofi umana f’diversi bliet Ukreni. Fil-fatt, mhux eskluż li l-istraġi u t-telf ta’ ħajja fiz-zoni Ukreni kapaċi qed isiru fuq l-istess skala tat-Tieni  Gwerra Dinjija, meta l-qawwiet Nażisti ta’ Adolf Hitler kienu okkupaw il-Polonja u l-pajjiżi l-baxxi tal-Ewropa.

Jidher ukoll li l-ammont ta’ ċivili maqtula fil-belt ta’ Mariupol kapaċi jkun ikkalkulat bil-mijiet u meta din il-belt ilha l-jiem taħt l-attakki konsistenti mill-ajruplani tal-gwerra u l-artillerija tar-Russi.

Iżda għalkemm ir-residenti f’din il-belt ilhom aktar minn ġimgħa mingħajr ikel, ilma u servizzi bażiċi, huma – u t-truppi Ukreni fl-inħawi – xorta għadhom qed jirreżistu lir-Russi bil-qawwa kollha u meta talaħħar qed ikomplu jitilfu t-tankijiet tal-gwerra u l-karrijiet armati fost l-offensiva.

Intant, l-Ewropa tinsab ixxukkjata b’reat tal-gwerra li seħħ sigħat ilu f’Mariupol u wara li l-qawwiet Russi attakkaw teatru li kien qed iservi bħala xelter għaċ-ċivili li qed jaħarbu mill-battalji f’dik iz-zona.

Mifhum li kien hemm sa 1,200 ċivili f’dan it-teatru meta l-kumpless spiċċa bumbardjat bla ħniena mill-Armata Russa.

Għadhom ma ħarġux ċifri konkreti dwar il-vittmi — madankollu, jidher li numru ta’ ċivili salvaw b’ħajjithom  wara li sezzjonijiet tat-teatru rreżistew għall-attakki tar-Russi.

Fl-aħħar sigħat ukoll, l-iskwadri għall-emerġenza Ukreni kienu qed jistinkaw bla heda biex jilħqu s-sit tat-teatru li partijiet minnu kkrollaw taħt ix-xita tal-balal.