L-atroċitajiet tal-qawwiet Russi fuq il-poplu Ukren kompla jqanqal kundanna assoluta mill-Punent – u b’mod partikulari mill-Istati Uniti u r-Renju Unit.
Sadanittant, il-Kremlin f’Moska jinsab urtat bil-kbir wara li l-President Amerikan Joe Biden iddeskriva ċar u tond lill-President Russu Vladimir Putin bħala kriminal tal-gwerra minħabba l-attakki konsistenti fuq l-ibliet Ukreni mimlijin biċ-ċivili
Dan waqt li s-Segretarju tar-Renju Unit għall-Affarijiet Barranin, Liz Truss, qalet lill-BBC li hemm il-provi ‘qawwijin ħafna’ li Vladimir Putin qed iwettaq kampanja qattiela diretta kontra ċivili li ma jistgħux jiddefendu ruħhom.
//= $special ?>

